The Travellers

Ersaq Fil-Qrib


Print songSend correction to the songSend new songfacebooktwitterwhatsapp

Ersaq fil-qrib biex nistaqsik
Jekk kontx taħseb fija meta naħseb fik
Tmurx 'il bogħod, għidli fil-pront
Dil-mistoqsija hi biss għalik

Ersaq fil-qrib biex nistaqsik
Jekk kontx taħseb fija meta naħseb fik
Tmurx 'il bogħod, għidli fil-pront
Dil-mistoqsija hi biss għalik

Meta nibda naħseb f'dan iż-żmien
Li għaddej jiġri aktar mir-riħ,
Nibda naħseb f'xi tip ta' melodija
Biex inwassallek mistoqsija

Kif qed tħossok? Ieqaf ftit
Qed noffrilek ħajja mingħajr irbit,
Mingħajr restrizzjoni m'hemmx konfużjoni
Għal ħajja mingħajr umiljazzjoni

Meta nkunu jien u int
L-aqwa li nkunu t-tnejn flimkien,
Tistax id-dinja ssir nirien
U kollox jaqa' jsir irmied

Flimkien niktbu stejjer kbar
Li jixagħlu daqs dak l-akbar nar,
Li qabad meta konna għadna żgħar
U wassalna hawn ġo din id-dar

Ersaq fil-qrib biex nistaqsik
Jekk kontx taħseb fija meta naħseb fik
Tmurx 'il bogħod, għidli fil-pront
Dil-mistoqsija hi biss għalik

Ersaq fil-qrib biex nistaqsik
Jekk kontx taħseb fija meta naħseb fik
Tmurx 'il bogħod, għidli fil-pront
Dil-mistoqsija hi biss għalik

Il-ħarifa fetħet, il-bibien
Xufftejna xxarrbu bl-ilma frisk,
B'ħarstek fissirtli xi trid tgħid
Memorji l'għamilna matul is-sajf

Fuq ħoġorti, bi tbissima
Ħassejna l-kesħa ta' żiffa fina,
Fuq tal-linja biex immorru l-bajja
Fejn ħadna birra u gawdejna l-ħajja

Meta nkunu jien u int
L-aqwa li nkunu t-tnejn flimkien,
Tistax id-dinja ssir nirien
U kollox jaqa' jsir irmied
Flimkien niktbu stejjer kbar
Li jixagħlu daqs dak l-akbar nar
Li qabad meta konna għadna żgħar
U wassalna hawn ġo din id-dar

Ersaq fil-qrib biex nistaqsik
Jekk kontx taħseb fija meta naħseb fik
Tmurx 'il bogħod, għidli fil-pront
Dil-mistoqsija hi biss għalik

Ersaq fil-qrib biex nistaqsik
Jekk kontx taħseb fija meta naħseb fik
Tmurx 'il bogħod, għidli fil-pront
Dil-mistoqsija hi biss għalik

Ersaq fil-qrib biex nistaqsik
Jekk kontx taħseb fija meta naħseb fik
Tmurx 'il bogħod, għidli fil-pront
Dil-mistoqsija hi biss għalik

Ersaq fil-qrib biex nistaqsik
Jekk kontx taħseb fija meta naħseb fik
Tmurx 'il bogħod, għidli fil-pront
Dil-mistoqsija hi biss għalik

Ersaq fil-qrib biex nistaqsik
Jekk kontx taħseb fija meta naħseb fik
Tmurx 'il bogħod, għidli fil-pront
Dil-mistoqsija hi biss għalik

Ersaq fil-qrib biex nistaqsik
Jekk kontx taħseb fija meta naħseb fik
Tmurx 'il bogħod, għidli fil-pront
Dil-mistoqsija hi biss għalik


Writer/s: Chris Gatt