
Xemx U Xita
Dawl, fil-kamra ġej mill-musbieħ
Id-dinja taħrab għal għonq it-triq
U x-xemx torqod fejn ma jidhirx
Fuq xtajta oħra, biex tikxef l-art mis-silġ
X'ħin terġa' lura fejn is-smewwiet
Nara pittura li kienet inħbiet
U int kont fejni naraw flimkien
Minn wara t-tieqa rajna dinja mill-bidu bdiet
Fix-xemx, fix-xita, fil-bard u n-nida
Fix-xemx, fix-xita fil-bard u n-nida
Fjura tikber minn bejn l-irmied
Il-qamar waqa' u sar biċċiet
Fejn tħoss il-qalb dejjem hemm l-uġieh
Li tara l-għajn huwa biss it-tmiem
Fix-xemx, fix-xita, fil-bard u n-nida
Fix-xemx, fix-xita fil-bard u n-nida
Writer/s: Clayton Bonello, Joseph Xerri, Chris Gatt, Andrew Vella, Michael Camilleri